Id-difensur Franċiż ta’ West Ham, Kurt Zouma, ammetta quddiem il-qorti l-akkużi miġjuba kontrih ta’ moħqrija tal-annimali.
L-akkużi huma li kkawża moħqrija bla bżonn fuq annimali protetti kif ukoll li kiser il-liġi tal-benesseri tal-annimali. Huwa kien akkumpanjat minn ħuh, Yoan, li ġibed il-filmat ta’ dawn l-akkużi u li kien kompliċi f’din il-moħqrija.
Dan il-każ imur lura fil-bidu ta’ Frar meta l-player Franċiż ta’ 27 sena deher jixxuttja l-qtates tiegħu qishom ballun.
Għal dan l-aġir deplorabbli, Zouma ġie mmultat £250,000 mill-club tiegħu filwaqt li d-ditta ‘adidas’ irtirat l-isponsor personali ta’ £100,000 fis-sena.
Ironikament huwa kien fuq il-lista ta’ ambaxxaturi għal organizzazzjoni li tipproteġi l-abbuż fuq it-tiġri u l-iljuni.