Sunday, December 29, 2024

Il-players Iranjani jċedu għall-pressjoni tar-Reġim … u jkantaw l-innu nazzjonali kontra Wales

Aqra wkoll

Il-players Iranjani ċedew għall-pressjoni tar-reġim brutali hekk kif kantaw l-innu nazzjonali.

It-team, li ftit tal-jiem ilu baqa’ sieket u ma kantax l-innu qabel il-partita kontra l-Ingilterra, din id-darba kanta l-innu nazzjonali qabel il-konfront tagħhom kontra Wales. 

Il-partitarji Iranjani li qed jattendu għal dawn il-logħbiet tat-Tazza tad-Dinja, qed iġorru magħhom banners kontra r-reġim ta’ pajjiżhom u kienu ferm diżappuntati meta raw lill-players ikantaw l-innu. 

Wara l-partita kontra l-Ingilterra, l-Iran ġew imwissija mill-awtoritajiet Iranjani li setgħu jiffaċċjaw atti kriminali hekk kif baqgħu siekta mal-innu nazzjonali. 

Meta l-partitarji raw lill-players ikantaw l-innu, huma nfexxew f’ibbuwjar kontinwu li kien dirett lejn ir-reġim f’Tehran. 

Bħalissa, fl-Iran hemm rewwixta kontra l-awtoritajiet wara l-mewt ta’ Masha Amani, ta’ 22 sena, li kienet fil-kustodja tal-pulizija, f’Settembru li għadda … wara li kienet akkużata li ma libsitx il-velu ma’ rasha. 

Ekonomija

Sport