Sunday, December 22, 2024

Il-players tal-Iran mhedda li jekk ma jkantawx l-innu nazzjonali, il-familjari tagħhom se jkunu ttorturati

Aqra wkoll

Familji tat-team tal-Iran fit-Tazza tad-Dinja fil-Qatar ġew mhedda b’tortura u anke l-ħabs mill-gvern ta’ pajjiżhom stess jekk jonqsu milli jaderixxu mar-regoli ta’ qabel il-partita tal-fai tal-gruppi kontra l-Istati Uniti nhar it-Tlieta.

Intalbet biex issir laqgħa bejn il-Korp tal-Gwardji Rivoluzzjonarji Iranjan (IRCG) u s-26 player wara li fl-ewwel partita tagħhom, dik kontra l-Ingilterra li ntlagħbet fil-21 ta’ Novembru, irrifjutaw li jkantaw l-innu nazzjonali Iranjan.

Għaldaqstant il-players kollha ġew mgħarrfa li l-familji tagħhom ikunu suġġetti għal ‘vjolenza u tortura’ jekk jibqgħu fommhom sieket waqt ir-’ritwali’ ta’ qabel il-partita u anke jekk jingħaqdu ma’ xi gruppi li jipprotestaw kontra r-reġim tar-Repubblika Iżlamika.

Uffiċjali tal-IRGC ingħataw ir-responsabbiltá li jissorveljaw it-team kollu tal-Iran kif ukoll l-istaff tekniku, li humaristretti milli jinteraġixxu ma’ barranin u nies barra mill-bażi tagħhom.

Ekonomija

Sport