Il-kontinġent Malti se jkun qed jibda l-avventura tiegħu fil-belt Irlandiża ta’ Ennis hekk kif se jipparteċipa fil-Kampjonat Ewropew tal-Blackball 2025.
Dalgħodu saret iċ-ċerimonja tal-ftuħ bil-plejers Maltin minn seba’ timijiet differenti li daru madwar is-sala bil-bandiera Maltija li żammha Dielyn Edwards.
Il-Maltin għandhom seba’ timijiet li jinkludu t-tim tal-irġiel A, it-tim tal-irġiel B, it-tim Seniors ta’ ‘l fuq minn 40 sena, it-tim Seniors B ta’ ‘l fuq minn 40 sena, it-tim Grandmasters 60+ , it-tim ta’ taħt it-23 sena u t-tim ta’ taħt il-15-il sena
Il-Kampjonat Ewropew fl-Irlanda se jibda llum u jibqa’ sejjer sas-16 ta’ Novembru li ġej.

