Saturday, December 28, 2024

Il-PM Abela fi trqitlu lejn Libja biex jiltaqa’ mal-PM Dbeibah

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Robert Abela dalgħodu telaq lejn il-kapitali Libjana Tripli fejn mistenni li jkollu diversi laqgħat fosthom mal-Prim Ministru Libjan Abdul Hamid Dbeibah.

Fuq nett tal-aġenda se jkun hemm l-immigrazzjoni kif ukoll il-koperazzjoni strateġika bejn iż-żewġ pajjiżi. Fis-sigħat li Dr Abela se jagħmel fil-Libja mistenni li jiġi mġedded il-ftehim li kien iffirmat f’Mejju ta’ 4 snin ilu dwar l-immigrazzjoni.

Il-Prim Ministru Abela mistenni jiltaqa’ se wkoll mal-President tal-Kunsill Presidenzjali Libjan Mohamed al-Menfi.

Fit-tieni jum taż-żjara tiegħu Dr Abela mistenni jindirizza l-Dorum dwar l-immigrazzjoni fil-Mediterran. Għal dan il-forum qed jattendu pajjiżi oħra Afrikani u Ewropej.

Mal-Prim Ministru fil-Libja hemm il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri, il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri u s-Segretarju tal-Kabinett Ryan Spagnol.

Ekonomija

Sport