Saturday, November 9, 2024

Il-PM Abela jikkonferma li Chris Cardona bagħat l-ittra tar-riżenja tiegħu minn Deputat Mexxej tal-PL

Aqra wkoll

F’kumment li ta quddiem Kastilja, il-Prim Ministru Robert Abela qal Chris Cardona kien bagħat ittra tar-riżenja tiegħu minn deputat mexxej tal-Partit Laburista. Il-Prim Ministru qal li l-ittra ta’ riżenja ntbagħtet lill-Partit.

Huwa żied jgħid li l-proċess għas-suċċessur tiegħu diġà nbeda u fit-tieni ġimgħa ta’ Lulju kienet se tinżamm konferenza ġenerali biex jinħatar id-deputat mexxej il-ġdid.

Cardona kien safa taħt pressjoni wara li ismu ssemma fil-Qorti mill-allegat middleman fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, Melvin Theuma.

Cardona intant dejjem saħaq li huwa qatt ma kien involut bl-ebda mod fil-qtil ta’ Caruana Galizia.

Sport