Il-Prim Ministru Robert Abela aktar illum se jkun qiegħed jattendi summit ta’ emerġenza li qiegħed isir fuq stedina tal-President tal-Kunsill Ewropew Antonio Costa. Dr Abela flimkien mal-mexxejja l-oħrajn tal-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea se jkunu qegħdin jiddiskutu dak li qiegħed jiġri dwar Greenland.
Dr Abela f’kummenti li ta lill-midja ftit tas-sigħat qabel jibda s-summit qal li fil-Kunsill Ewropew tal-lum se jieħu pożizzjoni ċara favur Malta.
Qal li l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti għandhom jaslu għal soluzzjoni li tipproteġi l-integrità territorjali ta’ Greenland imma wkoll li tindirizza t-tħassib Amerikan dwar is-sigurtà.

