Dalgħodu, il-Prim Ministru Robert Abela, flimkien ma’ martu Lydia u Giorga Mae, waslu f’Cortile San Damaso fil-Belt tal-Vatikan għal żjara lill-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku.
Waqt din iż-żjara, il-Papa mistenni jiltaqa’ mad-delegazzjoni Maltija li tinkludi l-Prim Ministru u l-familja tiegħu kif ukoll il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo u l-ambaxxatur Malti għall-Vatikan Frank Zammit.