Monday, October 13, 2025

Il-PM f’laqgħa mal-Viċi President Eżekuttiv tal-Kummissjoni Ewropea

Aqra wkoll

Fil-Berġa ta’ Kastilja, il-Prim Ministru Robert Abela kellu laqgħa mal-Viċi President Eżekuttiv tal-Kummissjoni Ewropea, Roxana Mînzatu. 

Fuq l-aġenda tad-diskussjoni kien hemm is-settur soċjali u dak tax-xogħol, bil-Prim Ministru Malti jisħaq li pajjiżna għandu settur tax-xogħol b’saħħtu u jrid ikompli joħloq karrieri ta’ kwalità. F’dan il-kuntest, Dr Abela semma l-investiment fil-ħaddiema mhux biss fit-tisħiħ fil-kundizzjonijiet tax-xogħol iżda anki l-għajnuna favur titjib fil-ħiliet tal-ħaddiema.

Fil-laqgħa kien hemm ukoll il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon, il-Kap tas-Segretarjat fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, il-Kurunell Mark Mallia u l-Konsulent tal-Prim Ministru fuq l-Affarijiet Ewropej Leandro Borg.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport