Sunday, December 22, 2024

Il-PM f’laqgħa ta’ apprezzament mal-imsieħba soċjali u membri tal-media

Aqra wkoll

F’messaġġ ewlieni lill-imsieħba soċjali  u membri tal-media f’bidu ta’ sena ġdida, fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun, Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela rrikonoxxa l-ħidma tal-korpi kostitwiti u u l-membri tal-media għas-sehem attiv u l-irwol kruċjali tagħhom biex il-Partit Laburista fil-Gvern jibqa’ jibni l-politika fuq id-djalaogu u kull deċiżjoni tkun imdawwra madwar l-aspettattivi tan-nies.

Il-Prim Ministru Robert Abela sostna li l-prinċipju fiċ-ċentru tal-ħidma tal-Partit Laburista huwa ċ-ċittadin li fuqu tfassal il-manifest elettorali u li jigwidana fil-ħidma tagħna.

“Il-Partit Laburista se jibqa’ fuq quddiem nett biex iġib politika progressiva u ġustizzja soċjali li tkompli ssaħħaħ il-Malta Tagħna,” temm jgħid Robert Abela.

Ekonomija

Sport