Monday, December 23, 2024

Il-PM Grieg jiskuża ruħu mal-qraba tal-vittmi wara l-inċident traġiku tal-ferroviji

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Grieg Kyriakos Mitsotakis talab skuża lill-qraba tas-57 vittma wara l-inċident traġiku tal-ferroviji li seħħ il-ġimgħa li għaddiet.

F’messaġġ fuq Facebook, Mitsotakis qal li “fil-Greċja fl-2023… żewġ ferroviji li sejrin f’direzzjonijiet opposti ma jistgħux jgħaddu minn fuq l-istess linja bla ħadd ma jinduna.”

Minħabba f’dan l-inċident, seħħew diversi protesti li issa ilhom għaddejjin għal ġranet sħaħ. Ġie rrappurtat ukoll li kien hemm ġlied mal-pulizija hekk kif eluf niżlu jipprotestaw matul il-jum tal-Ħadd fil-kapitali Ateni. Huwa stmat li minn tal-inqas attendew mat-12,000 persuna f’din il-protesta. 

Mitsotakis, li qed iħejji għall-elezzjonijiet fir-rebbiegħa, wiegħed li kumitat ta’ esperti indipendenti se jinvestiga l-kawża tal-inċident. Qal ukoll li se jitlob l-għajnuna tal-Kummissjoni Ewropea u ta’ kapitali oħra tal-Unjoni Ewropea. 

“Se nitlob immedjatament lill-Kummissjoni Ewropea u lill-pajjiżi oħra għall-kontribut tagħhom sabiex fl-aħħar inkunu nistgħu niksbu ferroviji moderni,” qal Mitsotakis. “U se niġġieled għal finanzjament komunitarju addizzjonali biex inżomm u ntejjeb malajr in-netwerk eżistenti.”

Ekonomija

Sport