F’kumment li ta lil Maltatoday aktar kmieni l-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li Chris Cardona se jkun qed jirreżenja mill-kariga ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista.
Abela spjega li Cardona qatt ma kien jagħmel parti mill-gvern immexxi minnu. Qal ukoll li wara li fl-aħħar sigħat kien hu stess li kkomunika mal-istess Cardona, urih x-xewqa tiegħu li ma jibqax jokkupa l-kariga u għalhekk fil-ħin li ġej se jkun qiegħed jagħti r-riżenja tiegħu.
Għaldaqstant minn hemm se jkun qiegħed jibda proċess biex jinħatar Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista.