Sunday, October 27, 2024

Il-PM: Il-Gvern ħadem b’għaqal li ddiversifika s-sorsi tal-enerġija u żamm il-prezz stabbli

Aqra wkoll

Waqt laqgħat informali qabel Summit mal-mexxejja Afrikani fi Brussell, il-mexxejja tal-Unjoni Ewropea, fosthom il-Prim Ministru Robert Abela, iddiskutew il-kriżi Ukrena.

F’kummenti lill-midja, Dr Abela nnota kif tali sitwazzjoni tista’ tħalli riperkussjonijiet għal għadd ta’ pajjiż fl-Ewropa u se tolqothom minħabba l-provvista tal-enerġija.

Fil-kummenti tiegħu, Dr Abela nnota kif il-Gvern Malti ħadem b’għaqal billi assigura iktar minn provvista waħda tal-enerġija. Irrimarka li b’hekk il-provvista ta’ Malta hija waħda assigurata u l-prezzijiet tal-enerġija nżammu b’mod stabbli.

Dan jikkuntrasta mas-sitwazzjoni li qed jesperjenzaw pajjiżi ġirien oħra fl-Ewropa fejn esperjenzaw żieda kbira fil-kontijiet tad-dawl minħabba l-kriżi fil-qasam tal-enerġija.

F’kummenti lill-midja lokali, Dr Abela qal: “Wieħed jaf illi r-Russja hija provditur ewlieni tal-gass naturali u hemmhekk wieħed jifhem illi jekk ħa jkun hemm ritaljazzjoni min-naħa tar-Russja fuq il-provvista tal-gass se jkollok dak ix-xenarju li ma jixtiequ ħadd u hemmhekk tifhem kemm kien għaqli l-approach li ħa pajjiżna illi rajna li nipproteġu l-konsumatur, jiġifieri lin-nies tagħna miż-żidiet fil-prezz tal-gass.”

Żied jgħid: “Dan kien punt li tħaddidnih ukoll, l-importanza li nibqgħu nipproteġu liċ-ċittadini tagħna u hemmhekk tara kemm huwa importanti li jkollok Gvern li huwa għaqli.”

Sport