Sunday, November 24, 2024

Il-PM Ingliż jikkundanna l-vjolenza fil-protesti f’Londra

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Ingliż Rishi Sunak ikkundanna l-azzjonijiet “vjolenti u totalment inaċċettabbli” minn gruppi tal-lemin estrem u li huma “simpatizzati tal-Ħamas” wara protesti u ġlied f’Londra. Madwar 300,000 persuna favur il-Palestinjani ħadu sehem f’din il-protesta fejn talbu għal waqfien mill-ġlied.

Il-pulizija qalet li matul il-jum tas-Sibt ġew arrestati mal-126 persuna, il-maġġoranza tagħhom kontro-protestanti, talli dawn kienu qegħdin jiksru l-paċi pubblika. Aktar ġlied kien ukoll irrappurtat f’Cenotaph u f’Chinatown.

Fi stqarrija matul il-jum tas-Sibt, l-Assistent Kummissarju tal-Pulizija Metropolitana Matt Twist qal li t-tensjonijiet fil-komunità komplew jiżdiedu. L-ewwel ġlied kien irrapportat għall-ħabta tal-10.00 a.m. waqt li l-pulizija provat twaqqaf folla ta’ nies li kienu mexjin lejn Whitehall, fejn jinsab il-monument tal-gwerra Cenotaph.

L-uffiċjali kellhom iħabbtu wiċċhom ma’ aggressjoni minn uħud mill-kontro-protestanti – li jinkludu xi gruppi tal-lemin estrem. Madankollu, il-pulizija qalet li għall-ħabta tal-11.00 a.m., ġew osservati żewġ minuti ta’ silenzju biex jimmarkaw Jum l-Armistizju.

Sport