Tuesday, November 26, 2024

Il-PM inkwetat li n-negozji qegħdin iduru lejn il-PN biex “Jekk Alla jrid ikollna gvern alternattiv”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Minn naħa tiegħu l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech fid-dibattitu fil-parlament qal li l-Prim Ministru huwa maqtugħ mir-realtà tan-nies u rrepeta li għandna Prim Ministru li ma jiddeiċidix.

Grech kompla li l-Prim Ministru ddeskriva l-abbozz bħala gimic u li kontinwament jiddeċiedi, iżda mbagħad fi tliet sigħat “ma kienx kapaċi biex jiddeċiedi favur dan l-abbozz”. Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li biex pajjiżna jibqa’ jimxi ’l quddiem jeħtieġ li jkollu istituzzjonijiet li jibqgħu jaħdmu anke b’mod indipendenti.

Għal darba oħra, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech qal li għandna Prim Ministru li ma jiddjalogax u li ma jiddeċidix.

Huwa kompla biex jgħid li Abela qiegħed jinkwieta li n-nies tan-negozju qegħdin imorru jitkellmu ma’ tal-Partit Nazzjonalista, jiftħu qalbhom magħhom u jgħinunhom biex “jekk Alla jrid ikollna gvern alternattiv”.

Sport