Saturday, December 21, 2024

Il-PM isostni li b’id f’id mal-EU pajjiżna jista’ jikseb l-aħjar riżultati

Aqra wkoll

“Din l-iskola hija prova ċara ta’ kif nibdlu l-isfidi f’opportunitajiet permezz tat-tmexxija tagħna.” Iddikjara dan il-Prim Ministru Robert Abela hekk kif biswit il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursola Von der Leyen fetaħ b’diskors b’saħħtu dwar il-ħidma tal-gvern fid-dawl tal-pjan tal-irkupru wara l-pandemija tal-Covid-19 waqt attività f’Għawdex.

Dr Abela qal li permezz ta’ fondi Ewropej, f’Għawdex ukoll sar investiment fl-edukazzjoni biex it-tfal Għawdxin se jkunu qegħdin jibbenefikaw minn riġenerazzjoni tal-iskola.

Huwa faħħar kemm lill-Minstru għal Għawdex Clint Camilleri, lill-Ministru għall-Edukazzjoni Clifton Grima kif ukoll lis-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Chris Bonnet għall-irwol tagħhom fl-investiment biex setgħa jsir dan l-investiment fl-iskola fin-Nadur b’investiment ta’ €6.3 miljun.

Il-Prim Ministru tkellem kif il-pjan tal-Gvern għal Għawdex biex din tkun l-ewwel gżira ħielsa kompletament mill-karbonju. Hawnhekk fost l-oħrajn semma l-proġetti biex it-trasport pubbliku jinqelbu għall-flotta li taħdem bl-elettriku.

“Għawdex mhux biss mhux se titħalla lura, iżda se tkun qiegħda twitti t-triq b’poplu ħabrieki u bieżel”, kompla l-Prim Ministru filwaqt li saħaq li id f’id mal-Ewropa pajjiżna se jkompli jaħdem għall-aħjar riżultati fil-futur.

Ekonomija

Sport