Friday, December 27, 2024

Il-PM isostni li għadu jżomm laqgħat regolari mal-President

Aqra wkoll

Fi stqarrija maħruġa, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru irrefera għal storja fit-Times of Malta bit-titlu “President snubbed by Abela over abortion law amendment.”

L-istqarrija tgħid li l-istorja fit-Times of Malta hija bbażata fuq informazzjoni li mhix korretta. Intqal li l-Prim Ministru jżomm laqgħat regolari u skedati mal-President tar-Repubblika.

“Din il-ġimgħa stess kien imiss waħda minn dawn il-laqgħat. Il-laqgħa fil-fatt saret kif kien skedat nhar l-Erbgħa fis-sagħtejn ta’ waranofsinhar, fil-Palazz ta’ Sant’Anton”, spiċċat tgħid l-istqarrija.

Intant fi stqarrija sussegwenti l-Uffiċċju tal-President ikkonferma d-dikjarazzjoni tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru li nhar l-Erbgħa li għadda, 30 ta’ Novembru, il-Prim Ministru u l-President ta’ Malta żammew il-laqgħa li jkollhom b’mod regolari abbażi tad-doveri kostituzzjonali.  

Ekonomija

Sport