Monday, December 23, 2024

Il-PM isostni li l-għajnuna lill-ħaddiem tibqa’ normali sakemm jibqa’ gvern Laburista

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“L-għajnuna lill-ħaddiem se tibqa’ normali sakemm jibqa’ jkollna gvern Laburista”. Iddikjara dan il-Prim Ministru Robert Abela hekk kif aktar kmieni dalgħodu kompla jiltaqa’ man-nies fin-Naxxar, Ħaż-Żabbar u fiż-Żurrieq.

Filwaqt li tkellem dwar l-isfidi li kellu jaffaċċja l-gvern Laburista fl-aħħar snin u l-mod għaqli kif dawwar dawn l-isifdi f’opportunitajiet ta’ xogħol, fin-Naxxar Abela saħaq li l-PL huwa l-partit li joħloq il-ġid, l-opportunitajiet u x-xogħol. Huwa elenka numru ta’ miżuri li ħabbar il-Gvern fl-aħħar jiem u ġimgħat, kollha bil-għan li jtejbu l-kwalità tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin.

Huwa żar ukoll lill-komunità Żabbarija fejn innota r-ritmu b’saħħtu ta’ ħolqien tax-xogħol li għaddej u saħaq kif dan il-Gvern se jżommu għall-erba’ snin li ġejjin.

Quddiem folla ta’ nies fiż-Żurrieq huwa għamel distinzjoni bejn il-Partit Laburista li bl-għajnuniet kontinwi tiegħu ddaħħlet il-mentalità ta’ normalità fejn tidħol l-ispalla f’mumenti diffiċli u sostna li din in-normalità tista’ tisfaxxa jekk kemm-il darba jkollna lill-Partit Nazzjonalista fil-gvern. Tenna li saħansitra mill-Oppożizzjoni, il-PN qiegħed jagħmel minn kollox biex inaqqas jew saħansitra jaqta’ din l-għajnuna li qiegħda tgħin lill-familji u lin-negozji Maltin.

Ekonomija

Sport