Saturday, December 21, 2024

Il-PM jattendi għal serata kommemorattiva għal Jum il-Vitorja

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Robert Abela attenda għal serata kommemorattiva ta’ Jum il-Vitorja li saret illejla f’Misraħ l-Assedju, il-Belt Valletta. 

Permezz ta’ messaġġ fuq il-midja soċjali, Abela qal li l-istorja ta’ pajjiżna hija miktuba mill-kuraġġ tal-Malti li ta ħajtu għal pajjiżu. Huwa qal li matul is-serata fakkru l-qlubija li uriet Malta fl-Assedju l-Kbir tal-1565 u t-Tieni Gwerra Dinjija. Qal li din hija l-istess qlubija u kuraġġ li għadhom jiddistingwuna madwar id-dinja.

Matul is-serata kommemorattiva sar diskors tal-okkażjoni minn Nutar Myriam Spiteri Debono. 

Fl-aħħar tas-serata l-Prim Ministru qiegħed l-fjuri ħdejn il-monument.

Fost dawk preżenti kien hemm ukoll id-Deputat Speaker Claudette Buttigieg u l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech.

Ekonomija

Sport