Saturday, December 14, 2024

Il-PM jgħid li beda taħdidiet ma’ Puttinu Cares biex jassistu tfal Ukreni morda bil-kanċer

Aqra wkoll

“Dalgħodu bdejt taħdidiet ma’ Puttinu Cares biex ikunu jistgħu jassistu tfal żgħar Ukreni li għandhom mard relatat mal-onkoloġija.”

Hekk qal il-Prim Ministru Robert Abela waqt li dalgħodu kien qed iwieġeb il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti.

“Rigward l-għajnuna li qed nagħtu lill-poplu Ukren, kien hemm 26 persuna li applikaw biex ikollhom stat ta’ refuġjat u qegħdin f’Malta,” qal Dr Abela.

Tkellem ukoll dwar kif pajjiżna se jkun qed jassisti pazjenti li għandhom mard relatat mal-onkoloġija biex jieħdu l-kura f’Malta. Semma wkoll li ntbagħtu tagħmir u provvisti mediċi lejn l-Ukranja.

“Qed ngħinu b’kull mod li huwa possibbli, fil-limitazzjonijiet tagħna, imma definittivament il-prinċipju ta’ solidarjetà mal-poplu Ukren mhux se nillimitawh,” temm jgħid Dr Abela.

Ekonomija

Sport