Saturday, December 21, 2024

Il-PM jiltaqa’ mal-President biex ixolji l-parlament u tinħareġ proklama għall-elezzjoni ġenerali

Aqra wkoll

Ftit tal-ħin ilu l-Prim Ministru Robert Abela ltaqa’ mal-President tar-Repubblika George Vella fil-Palazz ta’ Sant’Anton fejn talbu biex ixolji l-Parlament.

Hu mifhum li llum stess il-President jiltaqa’ mal-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali, u permezz ta’ writ, jinkariga lill-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali u lill-membri tal-Kummissjoni Elettorali biex jieħdu ħsieb li ssir l-elezzjoni.

Il-President mistenni jinforma wkoll lill-Ispeaker tal-Anġlu Farrugia u jaġġornah b’dan kollu.

Din il-laqa’ saret ftit tal-ħin wara li l-Prim Ministru Robert Abela qal li se jkun qiegħed idur fuq il-poplu u jitolbu l-fiduċja tiegħu. Kien hawnhekk li huwa ħabbar is-26 ta’ Marzu bħala d-data tal-elezzjoni ġenerali li jmiss.

Ekonomija

Sport