Sunday, December 22, 2024

Il-PM jinawgura l-ewwel dar tal-anzjani f’Għajnsielem b’120 sodda

Aqra wkoll

Dalgħodu l-Prim Ministru Robert Abela flimkien mal-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri inawguraw Dar San Ġużepp f’Għajnsielem Għawdex. Din hi l-ewwel dar tal-anzjani f’din il-lokalità u hija mibnija fuq tliet tomniet.

Qabel ma nbidlet f’dar tal-anzjani għal żmien twil kienet tintuża bħala istitut fejn diversi tfal kienu jingħataw kenn u kienet titmexxa mid-Djoċesi t’Għawdex.

Id-dar il-ġdida se tkun qed takkomoda 120 anzjan hekk kif inbniet fl-ogħla standardsu tinkludi żoni mdaqqsa ta’ spazji miftuħa għat-tgawdija tar-residenti.

Il-Prim Ministru qal li l-post kellu potenzjal għal diversi proġetti, iżda l-Gvern għażel li ssir dar għall-anzjani Għawdxin. Sostna li din l-għażla saret flimkien mal-Knisja u anke mas-settur priivat li ssieħeb f’dan il-proġett biex joffri servizz.

Min-naħa tiegħu l-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camiller qal li l-anzjani għandhom jibqgħu attivi fis-soċjetà u għandhom jibqgħu jgħixu b’mod indipendenti fil-qalba tal-komunità, kif ukoll meta jidħlu f’dar residenzjali.

Ekonomija

Sport