Sunday, December 22, 2024

Il-PM jirrispetta x-xewqa ta’ Karmenu Mifsud Bonnici nnifsu li ma jsirlux funeral statali

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Robert Abela offra li jkun organizzat funeral statali lil Karmenu Mifsud Bonnici b’sinjal ta’ rispett lejn il-ħidma li huwa wettaq matul is-snin fosthom bħala Prim Ministru.

Filwaqt li l-familja ta’ Dr Mifsud Bonnici apprezzat dan il-ġest, il-familja infurmat lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru li Dr Mifsud Bonnici kien esprima x-xewqa permezz ta’ ittra dikjaratorja li ma jsirlux dan it-tip ta’ funeral wara mewtu. Il-Prim Ministru Robert Abela qal li jirrispetta din ix-xewqa.

Intant, il-Gvern se jibqa’ jikkomunika mal-familja Mifsud Bonnici u jgħin fl-organizzazzjoni ta’ funeral skont ix-xewqat tal-eks Prim Ministru ta’ Malta.

Il-Gvern tenna l-kondoljanzi lill-familja Mifsud Bonnici u sellem il-memorja tal-eks Prim Ministru għall-ħidma li wettaq b’risq Malta.

Ekonomija

Sport