Saturday, December 21, 2024

Il-PM jisħaq dwar l-importanza ta’ governanza tajba għas-suċċess eknomiku ta’ pajjiżna

Aqra wkoll

Il-governanza tajba hija fundamentali għas-suċċess ekonomiku ta’ Malta. Qal dan il-Prim Ministru Robert Abela waqt li kien qed jindirizza attività għan-negozji organizzata mill-Gvern.

Il-Prim Ministru tenna li l-isforzi tal-Gvern biex itejjeb il-governanza mhux se jkunu jieqaf mal-konklużjoni tal-assessjar mill-Moneyval.

Abela qal li r-riformi li qed isiru fil-ġudikaturam fil-Puliija u l-aġenziji regolatorji huma essenzjali biex jiġi żgurat li Malta hija lesta biex tiffaċċja l-isfidi li għandha quddiemha.

Huwa żied jgħid li l-pandemija tal-Covid-19 m’għandhiex isservi bħala limitu għall-ambizzjonijiet tal-pajjiż. Huwa emfasizza li l-Gvern offra pakkett ta’ għajnunna bla preċedent biex jappoġġja lin-negozji u jsalva mijiet ta’ impjiegi tul il-pandemija. Dan minflok irrikorra għal miżuri ta’ awsterità.

B’referenza għat-tmexxija tiegħu, huwa qal li taħt il-pjan futur tal-moviment tal-Partit Laburista beda fażi ġdida. Tenna li filwaqt li bosta interpretaw l-islogan tal-kontinwità li kien uża waqt il-kampanja għal mexxej ġdid tal-PL bħala li jfisser li ma kienx se jkun hemm tibdil, fil-verità dan kien ifisser li kien se jkompli jintroduċi l-bidliet neċessarji li kienu jispikaw fil-moviment Laburista.

Huwa għamel referenza wkoll għad-diversi proġetti ta’ infrastruttura, u qal li l-Gvern għamel investiment kbir biex itejjen l-infrastruttura tat-toroq ta’ pajjiżna.

Huwa tenna li l-ambjent huwa l-pilastru ewlieni li fuqu hija bbażata l-viżjoni tal-Gvern għall-10 snin li ġejjin. Huwa qal li s-settur tal-kostruzzjoni jeħtieġ li jopera b’mod differenti, b’emfasi akbar fuq l-enerġija rinnovabbli u r-riċiklar tal-iskart.

Ekonomija

Sport