Friday, December 13, 2024

Il-PM jisħaq li d-Dar tal-Providenza għandha ssib appoġġ mingħand kulħadd

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“L-irwol tad-Dar tal-Providenza huwa rwol kruċjali fil-qasam tad-diżabbiltà f’pajjiżna.” Sostna dawn il-Prim Ministru Robert Abela f’messaġġ fl-okkażjoni tal-Maratona tal-Vollyeball 2022 b’risq id-Dar tal-Providenza.

Il-Prim Ministru fakkar li din id-dar toffri ambjent ta’ familja lil persuni b’diżabbiltà li fiha jsaħħu l-abbilitajiet tagħhom u jemmnu fihom infushom għaliex għandhom irwol importanti f’pajjiżna. 

Abela sostna dwar il-bżonn tal-inklużjoni sħiħa u kif anke jekk jibqa’ persuna waħda biss li ma tintlaħaqx, il-gvern se jibqa’ jirriforma pajjiżna biex iwettaq ġustizzja soċjali.

Huwa wiegħed li d-dar se tibqa’ ssib is-sostenn mill-gvern, iżda saħaq li x-xogħol tant hu kbir li l-appoġġ għandha tibqa’ ssibu mingħand kulħadd.

Ekonomija

Sport