Monday, September 29, 2025

Il-PM ma jaqbilx li x-Xlendi jiġi fgat minn żvilupp bla bżonn

Aqra wkoll

Mistoqsi dwar l-iżvilupp, il-Prim Ministru qal li l-industrija tal-kostruzzjoni trid titnebbaħ mis-sostenibilità u spjega kif l-Awtorità tal-Ippjanar trid tara għadd ta’ kriterji fosthom id-diversi policies u l-estetika meta tiġi biex tiddeċiedi dwar l-applikazzjonijiet għall-proġetti.  

Fuq il-proġett tax-Xlendi, Dr Abela qal li huwa goff wisq għax jeqred is-sbuħija naturali ta’ dan il-post.  Innota li l-Kap Nazzjonalista ma riedx jitkellem b’mod speċifiku fuq dan il-proġett tax-Xlendi.  Il-Prim Ministru fisser kif Alex Borg għamel U-turn klassika għall-konvenjenza wara li ra r-reazzjoni tan-nies dwar it-torrijiet f’Għawdex.

Dwar ir-rikonoxximent minn Malta tal-Istat Palestinjan waqt l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda iktar kmieni din il-ġimgħa, il-Prim Ministru qal li din id-deċiżjoni se tgħin fil-waqfien mill-ġlied u l-paċi fir-reġjun tal-Lvant Nofsani.  Spjega kif minkejja ċ-ċokon ta’ Malta, bis-siġġu fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda u l-Presidenza tal-OSCE, pajjiżna kellu rwol kruċjali u kien katalist biex jimbotta l-paċi u soluzzjoni ta’ żewġ stati.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport