Thursday, December 26, 2024

Il-PM Malti jikkundanna l-attakk fuq l-eks PM Ġappuniż

L-ambaxxatur Malti għall-Ġappun jiddeskrivih bħala "ħabib kbir ta' Malta"

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fost dawk li kkundannaw l-attakk ta’ vjolenza fuq l-eks Prim Ministru Ġappuniż Shinzo Abe tkellem il-Prim Ministru Malti.

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-aħbar tal-mewt tal-aktar Prim Ministru li dam iservi f’din il-kariga fil-Ġappun ġġib magħha dieqa.

Sellem il-memorja tiegħu wkoll l-ambaxxatur Malti għall-Ġappun André Spiteri  li qal li jinsab ixxukkjat u mnikket bl-isparatura fil-belt ta’ Nara.

Il-Prim Ministru Abe kien l-ewwel Prim Ministru Ġappuniż li żar uffiċjalment pajjiżna lura fl-2017. Filwaqt li fakkar lil Abe bħala “ħabib kbir ta’ Malta”, Spiteri tenna li l-poplu Malti jinsab mal-poplu Ġappuniż matul dan il-mument diffiċli.

Ekonomija

Sport