Friday, December 27, 2024

Il-PM: “Nafu x’inhuma l-obbligi tagħna, però se nibqgħu fermi fil-pożizzjoni tagħna”

Aqra wkoll

“Nafu x’inhuma l-obbligi tagħna, però se nibqgħu fermi fil-pożizzjoni tagħna. Il-portijiet tagħna mhumiex portijiet siguri u l-istat ma jistax jiggrantixxi s-salvataġġ tal-immigranti.” Hekk qal l-Prim Ministru Robert Abela meta kien qed jirrispondi għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti dwar il-pożizzjoni ta’ Malta fir-rigward li jiddaħħlux immigranti f’pajjiżna.

Il-Prim Ministru żied jgħid li l-Gvern mexa mal-Konvenzjoni fuq it-Tfittxija u s-Salvataġġ, li tindika b’mod ċar x’inhuma l-obbligi ta’ kull stat.

Huwa żied jgħid li m’hemmx bżonn li l-istat jagħmel salvataġġ huwa stess, iżda li jikkordina dan is-salvataġġ.

“Għandi dan l-obbligu, ikun ikun kontrosens jekk tagħlaq il-portijiet għall-passiġġiera, però tagħmel eċċezzjoni għall-immigrazzjoni irregolari. Hemm mijiet ta’ eluf ta’ immnigranti irregolari lesti li jaqsmu mix-xtut Libiċi. Huwa d-dover tagħna li nobdu l-obbligi internazzjonali tagħna, però wkoll li nipproteġu s-saħħa pubbilka,” tenna l-Prim Ministru.

Fir-rigward tar-rapporti li dehru f’sezzjoni tal-midja lokali dwar ir-rwol ta’ Neville Gafà biex immigranti ma jiddaħħlux Malta, Abela tenna li Gafa ntalab biss jgħaddi l-kuntatti tiegħu.

Fl-istess waqt emfasizza li Malta ma għamlet l-ebda pushback ta’ immigranti. “Sar salvataġġ. Li kieku ma kienx għall-Gvern Malti, kienet tintilef il-ħajja ta’ għexieren ta’ ħajjiet. L-UE kellha ajruplan tal-Frontex u baqgħet għaddejja. Ma saħħ l-ebda pushback.” 

B’referenza għal Gafà saħaq li l-uniku involviment li kellu ma kienx ta koordinazzjoni iżda li jagħmel kuntatt mal-awtoritajeit Libjani, u li jiffaċilita s-salvataġġ. “Ma tħallas xejn, u ma ġie mwiegħed xejn,” temm jisħaq il-Prim Ministru.

Ekonomija

Sport