Tuesday, November 26, 2024

“Il-PM qal li għandu proposti leġiżlattivi wara li l-Kap tal-Oppożizzjoni ressaq il-proposti tiegħu”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Minn naħa tagħha il-President tal-Parlament Ewropew Therese Comodini Comodini Cachia qalet li qalb il-ħafna noti li għandha quddiemha tħoss li għandha tibda biss billi ssejjaħ l-isem li minħabba fih inġabru fil-parlament biex jiddiskutu. “Daphne Caruana Galizia”, sejħet Comodini Cachia filwaqt li sostniet li l-istat naqas milli jħares il-ħajja tagħha u jipproteġiha.

Hija kkwotat parti milli konklużjonijiet tal-inkjesta pubblika u fakkret dwar il-bqija tal-ġurnalisti li baqgħu għaddejjin bil-ħidma tagħhom anke wara dan l-episodju.

Hija qalet li huma bħala rappreżentanti tal-Kamra għandhom ikunu maturi biex jingħaqdu biex jiddiskutu dawn ir-rakkomandazzjonijiet. 

Comodini Cachia qalet li l-Prim Ministru Robert Abela qal li għandu proposti leġiżlattivi wara li kien il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech li ppreżenta l-proposti tiegħu quddiem il-Kamra.

Comodini Cachia talbet għall-maturità fid-demokrazija Maltija fejn il-ġurnalisti jitħallew jagħmlu xogħolhom bl-aktar mod trasparenti.

Sport