Saturday, December 21, 2024

Il-PM Robert Abela jiżvela li l-baġit ta’ għada se jinkludi sett ta’ vouchers oħrajn

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru beda d-diskors tiegħu fir-Rabat billi qal li dan il-baġit se jkun qed jilqa’ għall-pandemija. Qal li l-enfasi hija fuq ir-ruħ soċjali ta’ dan il-gvern.

Qal li normalment f’kull baġit jiġu investiti €35 miljun f’miżuri li jmorru dirett fil-but tan-nies, iżda din id-darba se jkunu qed jintefqu tliet darbiet iżjed b’valur ta’ €100 miljun.

Abela qal li dan il-gvern hu ffukkat li jżomm bilanċ bejn l-ekonomija li tfisser il-ħobża ta’ kuljum tal-poplu u fl-istess waqt fuq l-istess livell iżomm is-saħħa tan-nies priżervata b’mod mill-aktar tajjeb. Qal li dan huwa bilanċ li mhuwiex faċli biex jinżamm.

Tkellem dwar iċ-ċifra ta’ mwiet imbassra, li skont l-istatistika kienet tindika li kellhom imutu eluf ta’ persuni u dan l-ammont inżamm taħt il-100. Tkellem dwar ir-rata tal-qagħad fejn dan il-gvern irnexxielu jnaqqas lin-nies qegħda f’dan il-mument ta’ sfida.

Abela tkellem dwar l-popolazzjoni tal-pajjiż inkluż iż-żieda ta’ ħaddiema barranin. Abela qal li s-soluzzjoni mhijiex li jitwaqqfu ħaddiema barranin milli jiġu jaħdmu f’pajjiżna għax in-negozji, l-istabbilimenti u l-fabbriki tagħna għandhom bżonn il-ħaddiema barranin.

Huwa għamel distinzjoni bejn ħaddiema barranin u l-immigrazzjoni illegali. Qal li l-pożizzjoni tal-gvern hija distinta u li pajjiżna jwassal il-messaġġ li pajjiżna ma jridx ħaddiema barranin jew li mhumiex mixtieqa, tkun riċetta għad-diżastru. Skont il-PM irridu nilqgħu għall-pressjonijiet addizjonali ġejja minn din iż-żieda fil-popolazzjoni, b’infrastruttura aħjar li tmur lil hinn mit-toroq.

Il-Prim Ministru fit-tieni parti tat-tweġibiet tiegħu żvela li l-baġit ta’ għada se jkun qed jinkludi sett ieħor ta’ vouchers li se jkompli jgħin l-ekonomija ta’ pajjiżna.

Abela lejn l-aħħar parti tad-diskors tiegħu qal li ma nistgħux nkunu insensittivi għal xi ħadd li jitlef ħajtu minħabba l-Covid-19.

Abela għalaq jappella biex jintesew in-numri u l-istatistika ta’ surveys. Qal li importanti l-indikazzjoni li jkollok il-fiduċja tan-nies, iżda mill-bqija l-gvern għandu jqis ruħu bħala underdog u jibqa’ jaħdem qatigħ.

“Xogħolna hu li nieħdu deċiżjonijiet li jibdlu l-ħajja tan-nies” – Il-Ministru Ian Borg

Il-Ministru Ian Borg fid-diskors tiegħu fakkar dak li kien qal il-Perit Duminku Mintoff li kien qal li għall-ġid tal-pajjiż u l-poplu tagħna jiena lest nirfes il-kallijiet kollha li hemm bżonn. Qal li huma qegħdin hemm biex jieħdu d-deċiżjonijiet li jagħmlu differenza fil-ħajja tan-nies.

Tkellem dwar il-proġett tac-Central Link li kien pjanat 60 sena ilu, proġett li l-amministrazzjonijiet preċedenti baqgħu ma implimentawx. Qal li bi pjaċir jirċievi messaġġi li għalkemm għadha qas tlestiet l-ewwel fażi, hemm persuni li diġà qed jaraw il-frott ta’ dan il-proġett. 

Borg tkellem dwar il-proġetti li se jkunu qed jiġu inawgurati fix-xhur li ġejjin, tkellem dwar il-flyovers tal-Marsa Project Junction u l-mini ta’ Santa Luċija li fi proġett ambizzjuż se jkunu qed jinfetħu fl-istess waqt.

Tkellem dwar is-sigurtà tan-nies. Il-proġett ta’ Għeriexem fir-Rabat li meta beda x-xogħol fl-imsemmija triq, din kkollassat u dan juri kemm dan il-gvern qed ikompli jaħdem biex itejjeb il-ħajja tan-nies.

Ekonomija

Sport