Thursday, December 26, 2024

Il-PM Robert Abela jżur il-ħaddiema tad-Direttorat tat-Tindif Pubbliku

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Robert Abela, akkumpanjat mill-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli u mis-Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u t-Tindif Pubbliku Deo Debattista, żar il-ħaddiema tad-Direttorat tat-Tindif Pubbliku f’Kordin.

Il-Prim Ministru Robert Abela tkellem mal-ħaddiema li jaħdmu f’dan id-direttorat u rringrazzjahom tax-xogħol impekkabli li qed jagħmlu bħalissa, fosthom xogħol ta’ disinfettar fuq bażi regolari fl-ibliet u rħula Maltin u Għawdxin, ħafna drabi tard filgħaxijiet u tul il-lejl sas-sigħat bikrin ta’ filgħodu.

Il-Prim Ministru Robert Abela kien akkumpanjat ukoll mid-Direttr Ġenerali tad-Direttorat tat-Tindif Pubbliku u l-Manutenzjoni Ramona Deguara.

Ekonomija

Sport