Wednesday, July 24, 2024

Il-PM Robert Abela: “Se nwassal messaġġ favur il-paċi”

- Summit Ewropew jiddiskuti aktar għajnuna militari għall-Ukrajna

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat, is-27 mexxej tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea bdew jiltaqgħu bejniethom f’summit fi Brussels  bil-għan li l-Unjoni Ewropea tirraġixxi b’mod effettiv u malajr għat-talbiet tal-Ukrajna biex tiġi mgħejjuna militarment.

Bis-sitwazzjoni f’ċerti pajjiżi mhix daqstant feliċi b’mod partikolari fejn tidħol l-opinjoni pubblika għal aktar għajnuna finanzjarja li se tmur f’armamenti jew f’għajnuna diretta ta’ armi, il-mexxej Ewropew bdew jiddiskutu proposta biex il-profitti minn assi Russi maqbudin bis-sanzjonijiet li saru jintużaw biex jgħinu militarment lill-Ukrajna.

Jidher li dawn l-assi Russi iffriżati jistgħu irendu xejn inqas minn €3 biljun fis-sena. Is-summit mistennija jiddiksuti ukoll il-kunflitt li għaddej f’Gaża, il-kwistjoni tad-difiża Ewropea u anke l-protesti mill-bdiewa Ewropej. 

Nhar l-Erbga il-Prim Ministru Malti Robert Abela, li se jkun qiegħed jieħu sehem f’dan is-summit, rrimarka li Malta  se tibqa’ vuċi b’saħħitha favur il-paċi u l-istabbiltà fid-dinja. Dan mhux biss għall-vuċi kostanti tal-Gvern Malti favur il-paċi imma anki bħala Membru tal-Kunsill tas-Sigurtà fi ħdan in-Nazzjonijiet Uniti.

Wieħed irid iżomm quddiem għajnejn li l-Gwerra fl-Ukrajna ilha għaddejja ftit aktar minn sentejn, perjodu li fih hu stmat li mat-320,000 suldat Russu mietu jew ġew feruti. Dan ifisser 90 fil-mija tal-forza li bdiet l-invażjoni fl-Ukrajna.

Il-UN Human Rights Monitoring Mission fl-Ukrajna f’rapport li ħarġet salet li madwar 31,000 persuna ċivili fl-Ukrajna inqatlu jew kienu feruti. Minn dawn kien hemm kważi 11,000 persuna li inqatlu u 20,000 persuna li kienu feruti. 

Ir-rebħ ta’ Avdiivka mir-Russi, wara assedju twil, ħolqot allarm fost l-Istati Ewropej fir-rigward tal-kapaċitajiet militari Ukreni fil-preżent u kienu diversi dawk li bdew isejħu għal aktar għajnuna.

Fis-summit li beda, is-27 mexxej tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, bdew jiddibattu ukoll kif l-Unjoni Ewropea tista’ tagħmel aktar biex tiddefendi lilha nnifisha. Ma’ dan huma iddiskutew ukoll kif l-istess Unjoni Ewropea tista’ tagħti spinta lill-industrija tal-armi tagħha.

Dawn id-diskussjonijiet sar fl-isfond li mexxejja tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea qegħdin jargumentaw li r-Russja tista’ ma tiqafx bil-kunflitt fl-Ukrajna. Fost l-istess mexxejja hemm min qiegħed jargumenta li ma l-Unjoni Ewropea ma tistax tibqa’ tiddependi fuq l-Istati Uniti għad-difiża.   

Fost mexxejj Ewropej hemm tħassib minħabba l-mod kif il-gwerra fl-Ukrajna qiegħda tiżviluppa u dan l-aktar minħabba li hu fatt magħruf li l-kapaċitajiet militari Ukreni b’mod partikolari f’munizzjoni huma neqsin.

Dan qed iwassal biex dejjem qegħdin isibuha aktar diffiċli biex iżommu lit-truppi Russi. Għajnuna mill-Istati Uniti ta’ $60 biljun mill-istati Uniti jinsab imaħħal fil-Kungress Amerikan. 

Hu stmat li l-assi Russi iffriżati  jistgħu jiġġeneraw profitti ta’ bejn €2.5 biljun  u €3 biljun fis-sena.

Ekonomija

Sport