Mal-wasla rjali tagħhom, id-Duka u d-Dukessa ta’ Edinburgh, fi Pjazza Kastilja, ġew milqugħa mill-Prim Ministru ta’ Malta, Robert Abela u martu Dr Lydia
Il-President u żewġha f’laqgħa ta’ kortezija mad-Duka u d-Dukessa ta’ Edinburgh

Il-President Myriam Spiteri Debono, flimkien ma’ żewġha Dr. Anthony Spiteri Debono, kellhom laqgħa ta’ korteżija fil-Palazz Presidenzjali il-Belt Valletta, mill-Eċċellenzi Tagħhom, id-Duka u d-Dukessa ta’ Edinburgh.
Spiteri Debono ddiskutiet ir-rabtiet bilaterali eċċellenti bejn Malta u r-Renju Unit, il-Commonwealth, u l-konnessjoni profonda li teżisti bejn Malta u l-familja Rjali Ingliża.
L-Eċċellenzi Tagħhom ftakru fiż-żjarat preċedenti tagħhom f’Malta u fil-konnessjoni personali li kellha r-Reġina Eliżabetta II ma’ gżiritna u mal-poplu Malti, wara li qattgħet l-ewwel snin taż-żwieġ tagħha tgħix f’Villa Gwardamanġia.
Id-Duka u d-Dukessa ta’ Edinburgh jinsabu Malta biex jinawguraw il-kwartieri ġodda tal-Premju Internazzjonali tad-Duka ta’ Edinburgh f’Malta. Dan il-premju, imwaqqaf mill-Prinċep Philip, għen lil ħafna ġenerazzjonijiet ta’ żgħażagħ matul is-snin.