Saturday, December 21, 2024

Il-PM u martu jieħdu l-booster… binthom tieħu l-ewwel doża

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Robert Abela għadu kemm ikkonferma li hu u martu tlaqqmu bil-booster u li binthom ħadet it-tilqima wkoll. Abela fakkar li kien proprju madwar sena ilu li waslet l-ewwel konsenja tal-vaċċin f’pajjiżna u li llum kien imiss lilhom bħala familja biex jimxu mal-pariri tal-awtoritajiet tas-saħħa.

“Grazzi għall-vaċċin pajjiżna salva sajf ta’ xogħol u bosta xhur qrib in-normalità. Bil-booster irridu nsalvaw ix-xitwa u nidħlu b’saħħitna għar-Rebbiegħa. Ħu Ħsieb, Ħu l-Booster int ukoll”, kiteb il-Prim Ministru.

Ekonomija

1 kumment

Comments are closed.

Sport