Tuesday, December 17, 2024

Il-PN bla kredibilità dwar il-ħabs

Aqra wkoll

Jekk kemm partit li għandu kredibbiltà jitkellem fuq ir-rapporti tal-Awditur Ġenerali huwa l-Partit Laburista, li mill-Gvern ra li tinbeda sistema fejn jiġi ppubblikat rendikont ta’ xi jkun sar fuq ir-rakkomandazzjonijiet, bl-Awditur Ġenerali nnifsu jinnota dan l-isforz u l-implimentazzjoni tajba tar-rapporti tiegħu. Hekk tirrispettahom l-istituzzjonijiet! 

Fejn jidħlu sistemi korrettivi mhux eċċezzjoni. Għax dan kien gvern li wettaq riformi kbar, b’waħda mill-iktar importanti tkun dik li l-ħabs beda tassew jitmexxa mill-awtoritajiet tal-pajjiż, u l-ħabs ma baqax mimli droga. L-Awditur Ġenerali nnifsu jgħid: “NAO positively noted that the CSA has endeavoured to maintain a low incidence of substance abuse within CCF.”

Din hi l-bażi ta’ kollox għax f’ħabs mimli droga ma ssirx rijabilitazzjoni. U għalhekk meta tneħħiet id-droga setgħu jsiru riformi kbar, fosthom: 

  • ⁠ ⁠Ftehimiet ma’ NGOs fis-settur tar-rijabilitazzjoni;
  • ⁠ ⁠Il-ftuħ ta’ żewġ half-way houses, bit-tielet waħda u l-ewwel waħda għan-nisa tiftaħ fiż-żmien li ġej;
  • ⁠ ⁠Ingaġġ ta’ professjonisti (tobba, psikjatri, infermiera, social workers) f’timijiet multi dixxiplinarji, li llum ilaħqu 49 professjonist;
  • ⁠ ⁠Care plan għal kull individwu;
  • ⁠ ⁠Il-ħolqien tal-uffiċċju tal-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Priġunieri;
  • ⁠ ⁠Faċilitajiet mediċi ġodda state of the art;
  • ⁠ ⁠Xogħol infrastrutturali kontinwu li jsebbaħ u jtejjeb il-faċilitajiet;
  • ⁠ ⁠Post fejn il-priġunieri jmorru jiltaqgħu m’uliedhom;
  • ⁠ ⁠Iktar ħaddiema, li huma mħarġa aħjar u b’kundizzjonijiet aqwa.

Dan hu ftit mix-xogħol li sar. Miegħu jiżdiedu riformi oħra fosthom dak li qed ikun diskuss bħalissa fil-Parlament bil-liġi tal-electronic monitoring u r-riforma fis-sistema tal-probation li hi mwiegħda fil-manifest elettorali u li se ssir f’din il-leġiżlatura.

Għax dan hu settur li faċli tparla dwaru, imma iktar diffiċli tmexxih. Mill-Gvern, il-Partit Laburista wera li hu ffokat biex iwettaq riformi kbar, li bdew u se jkomplu anke b’xogħol li jieħu rakkomandazzjonijiet tal-Awditur Ġenerali. Għal darb’oħra l-kredibbiltà hi l-ikbar għadu tal-Partit Nazzjonalista.

Artiklu preċedenti
Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport