Tuesday, November 26, 2024

“Il-PN dejjem frejjeġ għamel fejn jidħlu l-pensjonijiet” – Rosianne Cutajar

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt il-ħin tal-aġġornament fil-parlament tkellmet id-Deputata Laburista Rosianne Cutajar. Cutajar qalet li budget 2022 li jkompli jsaħħaħ is-sistema tal-pensjonijiet f’pajjiżna. Fakkret li kien gvern Laburista li fl-1979, il-Prim Ministru Mintoff welled il-kunċett ta’ pensjoni għal kulħadd. 

Qabel dan il-perjodu kellek biss ftit nies li kienu intitolati għall-pensjoni, iżda l-maġġoranza tal-ħaddiema Maltin kienu ħaddiema tas-sengħa li meta ġew f’età avvanzata u ma setgħux jibqgħu jaħdmu kienu jsibu ruħhom f’sitwazzjoni li ma jkunux jistgħu jkampaw. Riżultat ta’ dan kellek persuni li kienu fil-faqar għax ma kellhomx x’jieklu.

Permezz ta’ din il-liġi l-anzjani ngħataw dinjità u din kienet rivoluzzjoni soċjali li għolliet il-livell ta’ eluf ta’ familji Maltin u Għawdxin. “Min-naħa l-oħra l-Partit Nazzjonalista dejjem frejjeġ għamel fejn jidħlu l-pensjonijiet”, kompliet Cutajar. 

Sport