Tuesday, December 16, 2025

Il-PN għal darb’oħra kontra l-għajnuniet lill-poplu – Jivvota kontra l-Budget 2026 

Aqra wkoll

Illum l-Oppożizzjoni Nazzjonalista reġgħet ivvutat kontra l-Budget tal-Gvern għas-sena d-dieħla, b’€9.3 biljun f’għajnuniet u investiment favur il-poplu Malti u Għawdxi. 

Budget li jagħti lill-poplu allokazzjoni fi spiża kurrenti u kapitali aktar mit-total tal-ġid nazzjonali kollu fi żmien Gvern Nazzjonalista.

Budget li fost oħrajn jinkludi:

– €120 miljun f’pakkett soċjali għal dawk l-aktar fil-bżonn

– €160 miljun f’tax-cut lill-ġenituri

– 40 miljun f’sostenn lin-negozji għal żidiet fil-pagi

– €100 miljun għall-qalba diġitali u adozzjoni tal-AI għal kulħadd.

Dan hu fost dak li Alex Borg u l-partit li jmexxi vvutaw kontrih. Dan biex wieħed ma jsemmix li vvutaw ukoll kontra ż-żieda fil-pensjonijiet, iċ-Children’s Allowance, l-in-work benefit, l-għotjiet lill-first-time buyers u lill-ġenituri ta’ tfal b’edukazzjoni post-sekondarja.

Għalhekk, illum għandna mill-ġdid konferma ta’ kemm fil-Partit Nazzjonalista ma nbidel xejn ħlief il-wiċċ ta’ min imexxih.

Madankollu, grazzi għall-vot tal-Gvern, dawn l-għajnuniet u inċentivi fost ħafna oħrajn se jkunu qed jibdew jidħlu fis-seħħ mill-bidu tas-sena d-dieħla. 

Din hija d-differenza li kull ma jmur tkompli toħroġ ċara. 

Gvern Laburista dejjem fuq in-naħa tan-nies u Partit Nazzjonalista ostaġġ tal-politika negattiva tiegħu.

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport