Thursday, July 31, 2025

Il-PN irid jerġa’ jdaħħal is-sistema tal-ippjanar li ħalla warajh meta kien fil-Gvern

Aqra wkoll

Anke fil-qasam tal-ippjanar, il-Partit Nazzjonalista jrid ireġġa’ l-arloġġ lura.

Fl-ewwel reazzjoni tiegħu għall-abbozzi ta’ liġijiet li ppublika l-Gvern għad-diskussjoni, il-Partit Nazzjonalista kien qal li ma jaqbilx m’aspetti msemmija iżda li se jkun qed iressaq proposti konkreti għaliex huwa favur riforma fl-ippjanar. 

Kien biss jiem wara li l-Partit Nazzjonalista issa ddikjara li l-pożizzjoni uffiċjali tiegħu hija li jrid jiġi irtirat kollox.

Dan ifisser li l-Partit Nazzjonalista huwa kontra li tingħata s-saħħa lin-nies biex iwaqqfu milli jibda x-xogħol ta’ kostruzzjoni meta jappellaw minn  permess ta’ żvilupp – daqqa ta’ ħarta mill-PN għal protezzjoni ikbar tar-residenti. 

Dan ifisser li l-Partit Nazzjonalista huwa kontra li jiġu indirizzati l-illegalitajiet tal-passat biex min kiser il-liġi jħallas t’għemilu – daqqa ta’ ħarta mill-PN għall-maġġoranza li dejjem imxew mal-liġi.

Huwa ċar li l-Partit Nazzjonalista irid proċessi twal, nies jistennew u burokrazija żejda. L-istess kif kienet l-Awtorita’ tal-Ippjanar taħt GonziPN meta anke sempliċiment biex ċittadin jiftah tieqa, l-MEPA kienet taqlalu qalbu. 

Min-naħa l-oħra, il-Gvern huwa kommess li jkompli jiddiskuti r-riforma proposta biex, minflok jħalli kollox taħt it-tapit, jassigura iktar dixxiplina, ċarezza u ċertezza favur kull min japplika għal permess u kull min joġġezjona għal permess.

Din hija l-paġna ġdida li se tinfetaħ f’pajjiżna fil-qasam tal-ippjanar. Iktar sensibbilita’ u responsabbilita għal żvilupp iktar sostenibbli.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport