Il-Partit Nazzjonalista jsellem il-memorja tal-Professur John Rizzo Naudi li għadda għal ħajja ta’ dejjem matul il-lejl li għadda.
Fi stqarrija l-PN qal li l-Professur Rizzo se jibqa’ mfakkar għall-ħidma tiegħu bmod partikolari għas-setturi tas-saħħa u l-anzjani. “Huwa kien politiku maħbub minn kulħadd u li għin biex is-setturi li ħadem fihom imxew ‘il quddiem b’riżultat li għadna ngawdu mid-deċiżjonijiet tiegħu sal-ġurnata tal-lum.” L-istqarrija kompliet tgħid li l-Professur Rizzo Naudi ta wkoll sehem importanti fis-settur tal-edukazzjoni fejn kien serva anke bħala Kanċillier fl-Universitá ta’ Malta.