L-avukat Joe Giglio u l-inġinier Mark Anthony Sammut, li huwa membru fil-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalistam huwa fost il-kandidati ġodda approvati mill-kunsill eżekuttiv tal-PN għall-elezzjoni ġenerali li jmiss.
Giglio kien fost numru ta’ individwi li kien qed jissemma li jkun fost il-kandidati għall-elezzjoni tat-tmexxija tal-PN aktar kmieni din is-sena. Huwa se jkun qed jikkontesta l-elezzjoni ġenerali fuq id-9 u l-10 distrett.
F’kumment fuq il-midja soċjali Giglio qal li wasal iż-żmien għal ġenerazzjoni ġdida ta’ politiċi li tagħti tama ġdida lill-PN u lill-pajjiż.
Sammut, li preċedentement kien President tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista, kien voċiferu fil-kritika tiegħu kontra l-kap preċedenti Nazzjonalista Adrian Delia. Huwa se jkun qed jikkontesta l-elezzjoni ġenerali fuq it-u u l-11-il distrett.