Sunday, March 8, 2026

“Il-PN jemmen fil-ħtieġa ta’ aktar nisa fiċ-ċentru tat-teħid tad-deċiżjonijiet”- il-Kap tal-PN Alex Borg

Aqra wkoll

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg qal li pajjiżna ma jistax jitkellem dwar futur aħjar jekk ma jindirizzax bis-serjetà l-isfidi li għadhom jaffettwaw lil eluf ta’ nisa kuljum. 

F’attività politika organizzata mill-Partit Nazzjonalista f’Jum il-Mara, Dr Borg sostna li meta l-politika tonqos milli tagħti prijorità lill-ugwaljanza u lill-kwalità tal-ħajja tan-nisa, tkun qed tfalli lil nofs il-popolazzjoni. 

Għalhekk huwa saħaq li l-Partit Nazzjonalista jinsab determinat li jagħti lin-nisa rwol ċentrali fit-teħid tad-deċiżjonijiet u fit-tfassil tal-politika nazzjonali.

Fid-diskors tiegħu, il-Kap tal-PN tkellem dwar l-isfidi li għadhom iħabbtu wiċċhom magħhom in-nisa fosthom il-vjolenza domestika u d-distakk fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel. Qal li l-PN diġà ressaq proposti ċari f’dan ir-rigward li jinkludu miżuri aktar b’saħħithom kontra l-vjolenza domestika u pjan ambizzjuż biex jittejjeb il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja tal-familja fost oħrajn.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport