Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista laqa’ l-aħbar li se jkomplu jonqsu r-restrizzjonijiet marbuta mal-pandemija.
Il-Partit Nazzjonalista qal li għandu jkun hemm iktar fiduċja fil-poplu u għalhekk l-introduzzjoni ta’ self-testing kits se tkompli tgħin biex il-virus ikun jista’ jiġi kkontrollat b’mod aħjar filwaqt li ma jiġux imxekkla l-libertajiet tal-individwu.
Il-Partit Nazzjonalista saħaq biex filwaqt li r-restrizzjonijiet ikomplu jonqsu, jkun hemm rispett u r-responsabbiltá lejn xulxin bħala individwi.