Fi stqarrija maħruġa mill-Partit Nazzjonalista qal li pajjiżna għaddej minn mewġa qawwija ta’ Covid-19 anke minħabba r-rata ta’ infezzjoni ogħla tal-varjant Omicron. L-istqarrija tkompli li riżultat ta’ hekk aktar pazjenti huma rikoverati f’Mater Dei b’żieda ta’ pazjenti bi bżonn ta’ kura intensiva
Skont il-PN biex ma jkunx hawn impatt fuq l-operazzjonijiet u trattamenti oħra jeħtieġ li jittieħdu azzjonijiet serji b’saħħithom u deċiżjonijiet trasparenti kif ukoll infurzar ta’ miżuri li jnaqqsu l-firxa fil-komunitá, anke fid-dawl tal-ftuħ mill-ġdid tal-iskejjel f’inqas minn 15-il ġurnata.
Il-PN jemmen li Booster roll-out b’aktar ħeffa joffri aktar reżistenza u Herd Immunity stabbli. Dan irid ikun akkumpanjat minn ittestjar mingħajr dewmien u Contact Tracing effiċjenti. Għalhekk hemm bżonn ta’ aktar testing sites f’dan iż-żmien ta’ firxa qawwija. Hemm bżonn ukoll ta’ aktar riżors uman li jikumplimenta t-team ta’ Contact Tracing.
Il-PN jissuġġerixxi sistema serja ta’ self testing responsabbli li jista’ jkun reġistrat lill-Awtorita tas-saħħa Pubblika. “B’hekk titnaqqas load esaġerata ta’ ttestjar kemm PCR u Rapid testing fil-komunitá. B’hekk b’mod responsabbli sabiex jitnaqqsu każijiet pożittivi li jkomplu jferrxu l-virus. Bżonn ieħor huwa li jkun hemm Rapid Test b’riżultat negattiv fi tmiem il-kwarantina”, temm jgħid il-PN.