Waqt konferenza tal-aħbarijiet tal-Partit Nazzjonalista, ix-Shadow Minister għas-Self-Employed, l-Intrapriżi Żgħar u l-Koperattivi Michael Piccinino, ix-Shadow Minister għaż-Żgħażagħ, il-Benesseri u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali Eve Borg Bonello, u l-Kelliem tal-PN għall-Kwalità tal-Ħajja Ian Vassallo qalu li ftit xhur biss wara l-wegħdiet tal-Partit Laburista li se jsolvi l-problemi tal-pajjiż, dan il-Budget ma offra l-ebda direzzjoni ġdida.
Agħar minn hekk, issa l-Gvern Laburista qed jgħaddi l-kont tal-iżbalji li għamel hu lin-negozji li b’għaqal u riskju investew flushom u ħinhom.
Huma ma għamlu l-ebda referenza għas-sussidju li qiegħed jingħata minn Gvern Laburista biex iċ-ċittadini ma jġorrux il-piż tal-enerġija u anke lanqas semmew is-Super Bonus li se jkun qiegħed jingħata lil kull ħaddiem.
