Sunday, December 22, 2024

Il-PN jgħid li l-PBS sar Super One 2

Aqra wkoll

F’konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mis-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Michael Piccinino u l-Kelliem tal-Partit għall-Isport u x-Xandir Nazzjonali Graham Bencini ntqal li l-PBS u l-media tal-Labour saru ħaġa waħda.

F’konferenza li ttellgħet ġimgħa wara li l-Qorti sabet li l-PBS kisret id-drittijiet tal-Partit Nazzjonalista b’rappurtaġġ nieqes mill-bilanċ politiku l-kelliema tal-PN qalu li l-PBS sar Super One 2.

Il-kelliema qalu li l-PBS għadha qed tiċċensura lill-Partit Nazzjonalista u għalhekk, il-Partit se jibqa’ jinsisti li tintrefa’ r-responsabbiltà u tittieħed azzjoni.

Filwaqt li s-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista tenna li x-Xandir Pubbliku għandu jwassal il-messaġġ kif inhu u joffri bilanċ, id-Deputat Nazzjonalista qal li l-fondi pubbliċi għandhom jintużaw biex jirriflettu tassew il-libertà tal-espressjoni.

Il-kelliema tennew li l-fondi pubbliċi għandhom jintużaw għall-pubbliku.

Ekonomija

Sport