Monday, November 4, 2024

Il-PN jgħid li l-PM kien moħħu biss biex jattakka l-Oppożizzjoni

Il-Partit Nazzjonalista b'reazzjoni għad-diskors tal-Prim Ministru

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Ftit tal-ħin ilu, il-Prim Ministru Robert Abela temm id-diskors tiegħu bi tweġiba għar-replika tal-budget 2023 tal-Kap tal-Oppożizzjoni.

Fi stqarrija maħruġa mill-Oppożizzjoni b’reazzjoni għad-diskors ta’ Robert Abela ntqal li f’diskors ta’ aktar minn sagħtejn, Abela kompla juri kemm hu maqtugħ mir-realtá tal-piżijiet li qed jaffaċċjaw ta’ kuljum in-nies.

L-istqarrija tkompli tgħid li l-Prim Ministru fid-diskors tiegħu ma indirizzax diffikultajiet bħall-għoli tal-ħajja, il-problema tat-traffiku, l-qerda ambjentali u tant problemi oħrajn u minflok kien biss moħħu biex jattakka lill-Oppożizzjoni. 

L-Oppożizzjoni qalet ukoll li l-Prim Ministru baqa’ ma ddikjarax li se jkun qed jinħall mill-kuntratt ma’ Steward.

Żiedet topponi wkoll għall-istarteġija tal-gvern rigward l-investiment għall-ġejjieni ta’ pajjiżna fid-dawl tal-fatt li skonthom dan se jsir billi l-gvern jiddejjen biljun ewro ieħor.

Intant ilbieraħ il-Prim Ministru Robert Abela, b’reazzjoni għad-diskors ta’ Grech qal li dan Wera nuqqas ta’ ħila teknika fis-suġġett ekonomiku tant li ma kien hemm l-ebda analiżi ekonomika tal-Budget.

Sport