Saturday, November 23, 2024

Il-PN jgħid li n-negozji żgħar u medji jeħtieġu għajnuna immedjata biex jibqgħu fil-wiċċ

Aqra wkoll

Il-Partit Nazzjonalista qal li fid-dawl ta’ kif in-numru ta’ każi pożittivi f’pajjiżna qegħdin kontinwament jiżdiedu u x-xiri qed jonqos għax il-kunsumaturi qegħdin jagħżlu li jonfqu flushom fil-prodotti u servizzi essenzjali, ħafna sidien ta’ ħwienet żgħar u self-employed qegħdin jikkunsidraw li jagħmlu lockdown. 

Fi stqarrija, il-PN qal li dan jidher li mhux se jkun impost mill-Gvern iżda mis-sidien stess tal-ħwienet u negozji, li se jispiċċaw jiddeċiedu huma xi jkun aħjar għalihom: hux li jagħlqu temporanjament in-negozju tagħhom jew jibqgħu jiġġieldu l-kurrent u jħallsu l-ispejjeż.

Għaldaqstant il-PN ħeġġeġ lill-Gvern biex iħejji pakkett ġdid ta’ miżuri ta’ għajnuna u b’hekk jgħin lill-ħaddiema u lis-sidien ta’ negozji. Qal li permezz ta’ għajnuna fil-preżent inkunu nistgħu nħejju għall-isfidi xejn faċli ta’ futur li jidher li mhux se jkun wieħed sabiħ. 

Sport