Sunday, November 24, 2024

Il-PN jgħid li r-ras iebsa tal-Gvern qed tipperikola l-futur tal-agrikoltura

Aqra wkoll

Il-Partit Nazzjonalista ressaq numru ta’ emendi għall-Liġi proposta mill-Gvern li tirregola l-Liġi tal-Qbiela fil-Kumitat Parlamentari għall-Konsiderazzjoni tal-Liġijiet. 

Stqarrija maħruġa mill-Partit Nazzjonalista tenniet li dawn l-emendi kienu mfasslin wara diversi laqgħet ma’ bdiewa li se jkunu affettwati minn dawn it-tibdiliet.

L-istqarrija tenniet tgħid li l-Partit Nazzjonalista fehem il-bżonn li jkunu ssalvagwardjati d-drittijiet tas-sid, filwaqt li jkunu protetti l-bdiewa minn żidiet drastiċi fl-ispejjeż. 

Dawn l-emendi jinkludu:

• skema ta’ għajnuna finanzjarja lil min tiżdiedlu l-qbiela;

• ridefinizzjoni ta’ raba’ billi ġew inklużi migbhiet, strutturi agrikoli, irziezet tal-annimali u strutturi relatati;

• aġġornament aktar ġust għall-mekkaniżmu li jiddefinixxi kif tigi evalwata art agrikola billi jkun inkluż il-potenzjal ta’ dħul mill-użu agrikolu tar-raba’ mill-kerrej;

• protezzjoni għal min għandu razzett inkluż fir-raba’ li jużah ukoll għal skopijiet agrikoli barra dak residenzjali.

L-istqarrija semmiet kif dawn l-emendi ma’ ntlaqgħux kif mixtieq mill-Gvern u sostniet li b’dan l-atteġġjament il-Gvern qed jassigura li dan is-settur jieħu daqqa oħra u qed jipperikola l-ġejjieni ta’ qasam fundamentali għall-għajxien f’pajjiżna: l-agrikoltura.

Sport