L-Oppożizzjoni Nazzjonalista qiegħda tilqa’ b’sodisfazzjon l-aħbar li l-Gvern se jkun qed iressaq numru ta’ emendi li jindirizzaw sfidi miġjuba mil-liġi preżenti li tirregola l-qbiela tar-raba’ flimkien ma White Paper dwar riforma fil-qasam tar-raba’.
Il-Partit Nazzjonalista qal li dawn it-tibdiliet huma viċin ħafna dawk mressqa minnu fl-aħħar xhur u snin fejn proposti simili kienu saħansitra elenkati fil-programm elettorali tal-PN tal-2017.
Il-PN qal li ilu jisħaq sabiex isiru numru ta’ tibdiliet għaliex is-sitwazzjoni preżenti se twassal għat-telfien tal-qasam agrikolu.
Waqt il-perjodu ta’ konsultazzjoni li ser issir, il-PN ser jkun qed jikkonsulta mal-partijiet kollha interessati sabiex filwaqt li jtejjeb il-proposti ippreżentati fil-white paper, fejn jkun meħtieġ ser inkun qed iressaq ‘l quddiem proposti addizjonali biex ikun żgurat li l-politika agrarja ta’ pajjiżna jkollha viżjoni li tħares fit-tul biex dan il-qasam jkun aktar kompetitiv u reziljenti kemm ghall-isfidi tal-lum u ta’ għada.