Sunday, September 21, 2025

Il-PN jiċħad l-allegazzjonijiiet ta’ Delia dwar l-eżitu tal-elezzjoni għal-Kap tal-PN

Aqra wkoll

Fi stqarrija maħruġa mill-Partit Nazzjonalista, ntqal kif filwaqt li l-Kummissjoni Elettorali, Rekords u Data tal-PN, ħadet nota tal-ittra li rċeviet mingħand il-kampanja ta’ Adrian Delia, intqal li l-listi użati fl-elezzjoni kienu maqbula miż-żewġ kandidati, jew ir-rappreżentanti tagħhom.

Intqal ukoll li l-allegazzjonijiet li saru fl-ittra kienu diġà ġew indirizzati f’laqgħa li għamlet il-Kummissjoni mal-kandidati u r-rappreżentanti tagħhom is-Sibt filgħaxija.

L-istqarrija temmet tgħid kif wara li l-Kummissjoni Elettorali rat l-allegazzjonijiet li saru u wara li investigat, jirriżultalha li l-eżitu tal-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista huwa korrett.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport